Mistenni li jkun Keith Schembri li jibqa’ Chief of Staff ma’ Miriam Dalli jekk tkun hi li tieħu post Joseph Muscat malli jitlaq is-sena d-dieħla.
Żvelat dan il-gazzetta il-mument, li rrappurtat li dan qed jgħiduh dawk qrib Robert Abela, il-kontestant l-ieħor fil-ġlieda għat-tmexxija tal-Partit Laburista hekk kif il-ġlied intern fil-Partit Laburista kompla jikkarga wara l-istħarriġ tal-gazzetta MaltaToday fejn Robert Abela qabeż lil Miriam Dalli.
Wara l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li kien ippubblikat mill-gazzetta MaltaToday, fejn Robert Abela ħareġ il-favorit biex jieħu post Joseph Muscat, L-MEP Miriam Dalli ppruvat tirkupra billi marret fuq iil-programm ‘Xarabank’ tattakka lill-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u tfaħħar il-klikka ta’ Joseph Muscat, speċjalment lil Konrad Mizzi.
Fid-dibattutu li kellha mal-MEP Roberta Metsola, spikka kif Miriam Dalli kienet iżjed aggressiva u ppruvat turi sniena biex tibgħat il-messaġġ li hi aħjar minn Robert Abela biex tmexxi l-Partit Laburista malli jitlaq Joseph Muscat.
L-istħarriġ tal-MaltaToday kien daqqa ta’ ħarta oħra għal Joseph Muscat u Keith Schembri li qed jimbuttaw lil Miriam Dalli biex tkompli bl-istess pjan hekk kif jitlaq Joseph Muscat. Din hi t-tieni darba li l-‘establishment’ Laburista safa minn taħt wara li Chris Fearne irnexxielu jegħleb il-kandidat ta’ Muscat fit-tiġrija għal Deputat Kap u Viċi Prim Ministru.
Iżda jidher ċar li t-Tmexxija tal-Parti Laburista, li trid li tkun Miriam Dalli li tieħu post Joseph Muscat, se ssib blokk iffurmat minn Robert Abela u dawk li qed iduru miegħu u jagħtuh l-appoġġ. Il-mument tirrapporta li din il-ġimgħa żdied ma’ dan il-blokk il-Ministru Ian Borg li jidher li qata’ qalbu li jista’ jikkontesta għat-tellieqa finali.
F’dan ix-xenarju jidher li se jkunu tlieta l-blokki prinċipali li se jkunu qed itellqu għall-post ta’ leadership tal-Partit Laburista… it-Tmexxija eżisteti li se tkun qed timbotta lil Miriam Dalli, il-blokk ta’ Robert Abela u Ian Borg; u dak ta’ Chris Fearne u Aaron Farrugia li ddikjara l-pożizzjoni tiegħu mingħajr ħabi.
L-itorja kollha fil-gazzetta il-mument
//= $special ?>