Internazzjonali

Saru tmien attakki Amerikani bi ‘drones’ fil-Libja…b’erba’ jinżammu mistura

MQ-9 Reaper

Sar magħruf li matul it-tmexxija tal-President Amerikan Donald Trump saru erba’ attakki bid-drones fil-Libja li nżammu sigrieti. Attakki li fil-mira kien hemm l-ISIS.
S’issa tul it-tmexxija ta’ Trump kien tħabbar li kienu saru erba’ attakki bi drones imma issa sar magħruf bħala effett ta’ smigħ fil-Kungress Amerikan li kien hemm erba’ attakki oħra li nżammu mistura.
Għalkemm tmien attakki minn Jannar tal-2017 hu relattivament żgħir ħdejn dawk li jsiru f’pajjiżi oħra, sorsi qalu li dan juri kemm il-Libja għadha lok ta’ tħassib għall-amministrazzjoni Amerikana.
Mill-attakki li nżammu sigrieti, wieħed kien f’Settembru, tnejn kienu f’Ottubru u wieħed f’Jannar.
L-attakki saru bi drones tat-tip MQ-Reaper minn bażi fi Sqallija.
Kelliem militari Amerikan qal li l-erba’ attakki li nżammu sigrieta ma kinux tħabbru biex ikunu protetti dawk il-forzi appoġġjati mill-Istati Uniti jew għal raġunijiet diplomatiċi. Hu insista li l-militar Amerikan ma kien qed jipprova jaħbi xejn imma lanqas ma ta spjegazzjoni għaliex lanqas wara li għadda ż-żmien ma kien tħabbar xejn.
Aktar f’IN-NAZZJON ta’ għada