Libjan ta’ 33 sena intbagħat 20 xhar ħabs wara li nstab ħati ta’ serq minn diversi karozzi.
Il-Libjan, Khalleefah Ahmed Alhaaj Aljeelani, deher quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke kmieni dalgħodu fejn ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
F’Mejju li għadda, l-istess Libjan kien intbagħat 9 xhur ħabs wara li ammetta li seraq minn ħanut fil-Belt.
Il-Libjan se jinżamm fis-sala Forensika tal-isptar Monte Karmeli.
Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Roderick Agius.
//= $special ?>