Bl-istqarrija tagħhom stess Joseph Muscat u l-Partit Laburista qed jammettu li fallew bil-kbir fil-kwistjoni tal-faqar u ħallew eluf ta’ persuni jbatu kuljum.
Fi stqarrija l-PN qal illi aktar minn 22,000 anzjan u anzjana mhux ilaħħqu mal-ħajja bil-pensjoni baxxa li jieħdu u mhux f’pożizzjoni li jixtru l-prodotti essenzjali biex jgħixu b’mod diċenti. Eluf oħra qed iħossu l-għafsa kbira tal-kirjiet eżorbitanti li qed ikollhom iħallsu.
Kemm l-aħħar statistika tal-Eurostat kif ukoll l-istqarrija tal-lum tal-Partit Laburista juru li llum għad hawn 85,000 persuna fil-faqar, u dan imur kontra dak li ilu jwiegħed il-Partit Laburista sa mill-2013.
Fil-manifest elettorali tal-2013, Joseph Muscat kien wiegħed li se jaħdem biex il-faqar, kemm dak magħruf u dak moħbi, jiġi eradikat darba għal dejjem minn pajjiżna matul l-ewwel leġiżlatura, ittemm tgħid l-istqarrija.
//= $special ?>