Futbol Sport

CHAMPIONS LEAGUE: Allegri jrid jevita lil Barcelona

Nhar il-Ġimgħa li ġej jittellgħu l-poloz tal-fażi tal-aħħar tmienja taċ-Champions League u l-kowċ ta’ Juventus Massimiliano Allegri qal li l-uniku tim li jrid jevita hu dak ta’ Barcelona.

Juventus huma wieħed mill-ewwel erba’ timijiet li s’issa għaddew għall-kwarti tal-finali tal-kompetizzjoni wara li matul il-ġimgħa eliminaw lil Tottenham.

Flimkien ma’ Juventus s’issa għaddew Manchester City, Liverpool u l-holders Real Madrid. Barcelona għad iridu jilagħbu t-tieni leg tal-fażi tal-aħħar 16 kontra Chelsea wara li fl-ewwel leg kisbu draw pożittiv ta’ 1-1 fi Stamford Bridge kontra Chelsea.

Fl-istaġun li għadda Juventus kienu eliminaw lil Barcelona miċ-Champions League b’aggregate ta’ 3-0 imma sena qabel huma kienu tilfu l-finali kontrihom.

Barra minn hekk, dan l-istaġun Juventus ħadu biss punt minn żewġ konfronti tal-grupp kontra l-istess Barcelona.