Wara li nhar il-ġimgħa tħabbret il-mewt ta’ Charles Miceli, dalgħodu qed jingħata l-aħħar tislima fil-Knisja Parrokkjali tan-Naxxar.
Charles Miceli miet għall-għarrieda nhar il-ġimgħa fl-eta’ ta’ 68 sena.
Hu kien jaħdem bla waqfien favur il-fqir u min hu batut.
Fil-fatt, hu kien deskritt bħala raġel ta’ prinċipji sodi li għalih l-ikbar interess dejjem kien il-batut qabel kull interess politiku.
Charles Miceli ħadem favur il-persuni l-aktar vulnerabbli u dawk li jgħixu fil-faqar b’mod speċjali permezz tal-Alleanza kontra l-Faqar, li hu waqqaf. Huwa kien ukoll attiv fil-kwistjoni taż-żieda fil-prezzijiet tal-kirjiet tal-propjetà u attiv ukoll f’setturi oħra fost mal-Caritas.
//= $special ?>