Lokali

L-abbuż tad-droga sal-iskola tal-Ħamrun

Ritratt li tpoġġa’ fuq Facebook kmieni dalgħodu juri s-sitwazzjoni gravi li qed tiddomina l-Ħamrun ġimgħa wara l-oħra, fejn l-abbuż tad-droga hu evidenti.

Kien il-kunsillier tal-Partit Nazzjonalista Efrem Buttigieg, responsabbli mit-tindif f’din il-lokalità li nnota dan il-każ u rrapporta lid-Dipartiment tat-Tindif biex is-siringi u oġġetti oħra relatati mal-abbuż tad-droga jitneħħew mill-post.

Hu nnota li l-familji Ħamruniżi jinsabu fil-periklu u li ħaqqom il-protezzjoni u s-sigurtà meħtieġa mill-awtoritajiet.

Ir-ritratt tpoġġa’ fuq il-midja soċjali anke mill-Kunsillier Antonello Cuschieri li ddikjara li l-Ħamruniżi qed iqumu għal din ir-realtà quddiem darhom u ħdejn uliedhom.

Agħar minn hekk ż-żona hi viċin ferm tal-iskola Skondarja li qabel kienet il-Liċeo.