Lokali

Figolli biex jgħinu lil Puttinu

40 student u studenta mill-iskola sekondarja ta’ Ħad-Dingli, li tifforma parti mill-Kulleġġ San Nikola, bdew il-ġimgħa b’mod differenti, barra mill-klassi tal-iskola.

Dan hekk kif l-istudenti, li għall-aħħar xhur kienu qed jiġbru l-flus b’risq Puttinu Cares, inġabru f’fabbrika ewlenija tal-ikel u l-ħelu biex iżejnu l-figolli fi sfida li issa daħlet fis-seba’ edizzjoni tagħha.

Is-Surmast tal-iskola, Steve Mifsud, spjega lil dan l-istazzjon li l-istudenti mhux neċessarjament ikunu fi klassi biex ikunu qed jakkwistaw ħiliet u tagħlimiet għall-ħajja.

Dawn l-istudenti l-Erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla issa jingħaqdu flimkien fil-Belt Valletta biex bejn id-disgħa ta’ filgħodu u s-siegħa ta’ waranofsinhar iduru t-toroq tal-kapitali ta’ pajjiżna u jbiegħu dawn il-figolli, bil-qliegħ imur għal Puttinu Cares.