Futbol Sport

Futbol: Follmann lura ma’ Chapecoense

L-eksgowlkiper Jackson Follmann se jirritorna mal-klabb Brażiljan ta’ Chapecoense, din id-darba fi rwol ta’ ambaxxatur.

Follmann kien wieħed mill-ftit li salvaw mit-traġedja li kienet seħħet f’Novembru tal-2016 meta dakinhar it-tim kien involut f’inċident traġiku fl-ajru fi triqtu lejn il-finali tal-Copa Sudamericana fil-Kolombja.

L-ajruplan spiċċa waqa’ u b’kollox mietu 71 persuna fosthom il-maġġoranza tal-plejers.

Follmann, li għandu 25 sena kien wieħed minn tliet plejers li baqgħu ħajjin imma kien sfurzat jirtira wara li tilef siequ. Issa dan l-eksgowlkiper se jkun qed jaħdem fi ħdan il-klabb.