Lokali

Ġurnalist Sqalli jikteb dwar ir-rabta bejn Cosa Nostra, ‘Ndrangheta u Malta

Luciano Mirone
Il-Gvern Malti fiċ-ċentru ta' aktar kritika internazzjonali

“Il-gruppi mafjużi Cosa Nostra u ‘Ndrangheta qed jgħumu fil-baħar ta’ flus maħmuġin li hemm Malta”. Hekk stqarr il-ġurnalist Sqalli Luciano Mirone f’artiklu li ppubblika l-ġimgħa li għaddiet fil-ġurnal rinomat La Repubblica.

Mirone jikkwota lis-Senatur Taljan Giarrusso illi jispjega kif il-mafja ta’ Sqallija sabet f’Malta għalqa ideali biex tinħadem.

Fl-artiklu jissemmew ir-rabtiet kbar li hemm bejn Sqallija u Malta, u jiddeskrivi lil Joseph Muscat bħala dak il-Prim Ministru li biddel lil pajjiżna f'”tiġieġa li tbid bajd tad-deheb”.