– Mario Galea, PN
Id-deputat Nazzjonalista Mario Galea appella lill-gvern biex ma jibqax iżarma s-servizzi fil-komunità għall-persuni li jkollhom bżonn kura tas-saħħa mentali.
Fid-dibattitu parlamentari dwar l-abbozz ta’ Liġi li Jemenda l-Att dwar il-Professjoni tal-Psikoterapija Mario Galea qal li fl-Ingilterra d-dipressjoni hi waħda mill-problemi li l-iktar ifallu x-xogħol. Hu qal li l-gvern ma jistax jibqa’ ma jagħmel xejn fis-settur tas-saħħa mentali u ppropona li l-istrateġija għandha issir mill-Maltin. Hu qal li l-gvern żarma s-servizzi li beda gvern Nazzjonalista. Il-pajjiż ħela l-aħħar sitt snin f’dan is-settur u issa jinsab tard.
Mario Galea emma l-pandemija li se tolqot lid-dinja u qal li din il-pandemija tinsab fil-pajjiż għax il-problema ta’ saħħa mentali qed tiżdied. Hu semma l-Crisis Intervention Team li kien twaqqaf mill-gvern Nazzjonalista li kien jaħdem għal 12-il siegħa, bi pjan li jkun mirfux fuq 24 siegħa b’tim multidixxiplinarju biex jgħin lill-persuni li jkollhom kriżi u ħtieġa ta’ għajnuna immedjata.
Mario Galea staqsa għaliex il-gvern neħħa dan is-servizz meta l-Belġjani kienu ġew biex jarawh biex jagħmlu bħala. Hu semma l-Liġi tas-Saħħa mentali li issa ma tistax titħaddem sew minħbba li hawn nuqqs ta’ professjonisti. Il-WHO talbet kopja ta’ din il-liġi lill-gvern Malti għaliex din kienet waħda mill-iktar liġijiet tajbin li saru. Illum din ma tistax titħaddem minħabba nuqqas ta’ professjonisti li hawn. Il-gvern irid jara għaliex telqu numru kbir ta’ professjonisti fl-aħħar ħames snin.
Gvern Nazzjonalista kellu flus ivvutati għal Crisis Intervention Tema għall-adoloxxenti. Hu qal li Day Centres huma vitali għaliex jagħlmu l-ħiliet lill-persuni. Il-kura fil-komunità hi t-triq ‘l quddiem iżda l-gvern waqqaf dawn is-servizzi. Jeħtieħ li jiżdiedu s-sodod f’Mater Dei u ma jinbeniex sptar ġdid għal-kura tas-saħħa mentali.
Mario Galea appella biex il-kunsilli lokali jgħinu iktar fis-settur tal-persuni li għandhom bżonn attenzjoni fil-kura tas-saħħa mentali. F’Malta hawn 35,000 persuni kull sena jbatu bid-dipressjoni; li 70 % minnhom ma jieħdux kura. Hu appella għall-iscreening fl-iskejjel minħabba li l-persuni jistgħu juru l-ewwel sintomi fl-età ta’ 14-il sena.
Gvern Nazzjonalista kien beda inizjattvia li jinbnew appartamenti għall-persuni bi bżonnijiet ta’ saħħa mentali, sostna Mario Galea, li appella biex ċertu miżuri jittieħdu b’mod immedjat.
//= $special ?>