Lokali

Il-kwalità tal-ajra f’Malta hija r-4 l-agħar mill-pajjizi kollha tal-Unjoni Ewropea

Skont rapport tal-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent, matul il-ġimgħa li għaddiet stess ir-residenti tan-naħa t’isfel ta’ Malta kellhom arja 20 darba agħar mil-livelli aċċettabbli għas-saħħa tal-bniedem.

F’Ottubru li għadda, l-Aġenzija Ewropea dwar l-Ambjent digà ħarġet rapport fejn fih il-kwalità tal-ajra f’Malta sar magħruf li huwa r-raba’ l-agħar mill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea.

L-istess aġenzija uriet li fl-2016 xejn inqas minn 300 persuna mietu f’Malta b’mod prematur minħabba t-tniġġis tal-ajra f’pajjiżna. Dan biex ma nsemmux il-mard respiratorju li qed jiżdied bil-konsegwenti spejjeż mediċi, li l-familji Maltin qed ikollhom iħallsu.

Fi stqarrija, iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni responsabbli mill-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u l-Green Initiatives, Jason Azzopardi, jingħad li dan kollu hu minħabba l-inkompetenza tal-Gvern li għandu jassigura li l-kwalità tal-ajra f’pajjiżna ma’ tmurx lura u ma’ tkunx ta’ theddida għal saħħitna.

Minkejja dawn l-istatistiċi inkwetanti, il-Ministru għall-Ambjent għadu ma’ serraħx ras in-nies dwar dawn ir-rapporti ta’ tħassib.