Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia: ‘Miceli kien wieħed mill-ikbar kontributi li ġġieldu l-faqar’
Il-Parlament llejla sellem lill-attivist soċjali favur iż-żgħir fis-soċjetà Charles Miceli b’interventi mill-Ispeaker Anġlu Farrugia, mill-Gvern u mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia li esprimew solidarjetà mal-familja ta’ Charles Miceli.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Miceli kien wieħed mill-ikbar kontributi li ġġieldu l-faqar u l-vittmi u sostna li sensazzjoni ta’ dawk li gawdew mill-ħidma u l-ħniena tiegħu kienet tolqot lil kulħadd waqt il-funeral. Hu qal li Charles Miceli kien xhieda ħajja ta’ dak li hu l-vokazzjoni li tagħmel mal-ifqar fis-soċjetà u ma’ dawk li huma l-iktar fil-bżonn. Il-parlamentari huma obbligati jkomplu l-ġlieda kontra l-faqar u kontra l-vizzjoni; ġlieda li fiha Charles Miceli kien fuq quddiem.
Dwar l-attivist soċjali Charles Miceli tkellemt fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg li sostniet li l-akbar rikonoxximent li għandu jintwera lejn Charles Miceli hu li d-deputati jkomplu bil-ħidma soċjali tiegħu fis-soċjetà.
//= $special ?>