Il-Pulizija fi stqarrija kkonfermat li l-Bulgaru Denis Davkov ġie rilaxxat mill-Pulizija fuq ‘Police bail’.
Dan wara li kif rappurtat minn Net News iktar kmieni, ittieħed parir legali tal-investigaturi. Dan fid-dawl tal-fatt illi ma hemmx biżejjed provi li jindikaw xi forma ta’ attentat ta’ qtil jew vjolenza fuq Zack Meli – iż-żagħżugħ li kmieni l-Ħadd filgħodu tilef ħajtu f’Paceville.
Ikkonfermat ukoll li l-awtopsja li saret illum mhix konklussiva ser ikunu qed isiru iktar testijiet sabiex tiġi stabbilita r-raġuni tal-mewt. Net News hu nfurmat li t-testijiet li se jsiru huma dawk tossikoloġiċi, wara li fuq il-ġisem ta’ Meli ma nstabitx evidenza ta’ vjolenza jew daqqiet li wasslu għall-mewt tiegħu.
Fl-istqarrija tagħha, il-Pulizija qed tirreferi għal dan il-każ bħala ‘mewt’ u mhux qtil.
//= $special ?>