Internazzjonali

Jiġġarraf ajruplan tal-passiġġieri fin-Nepal

Ajruplan tal-passiġġieri ġġarraf fl-ajruport internazzjonali ta’ Kathmandu, il-kapitali tan-Nepal. Abbord l-ajruplan kien hemm 67 persuna, li minnhom s’issa madwar 17 kienu salvati. L-inċident seħħ hekk kif l-ajruplan niżel u f’ħin minnhom baqa’ ħiereġ mill-mitjar u imbagħad sploda vampa nar. L-ajruplan kien tat-tip Bombardier Dash u hu tal-linja tal-ajru tal-Bangladesh US-Banga