Lokali Parlament

Jinsisti li tingħata tweġiba jekk Keith Schmebri għandux kontijiet bankarji fil-Pilatus Bank u f’Dubaj

Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil insista li jingħata ruling biex il-Prim Ministru Joseph Muscat iwieġeb mistoqsijiet jekk iċ-Chief of Staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru f’Kastilja Keith Schembri għandux kontijiet bankarji f’Dubaj u f’Pilatus Bank.

Fil-parlament llejla Simon Busuttil sostna li hu ma tħallix jagħmel din il-mistoqsija supplimentari mill-Ispeaker Anġlu Farrugia f’seduta preċedenti. Simon Busuttil qal li hu fl-interess pubbliku li jkun magħruf jekk Keith Schembri għandux kontijiet bankarji f’Dubaj u fil-Pilatus Bank. Hu appella lill-Ispeaker biex ir-ruling jingħata mid-Deputat Speaker għaliex l-Ispeaker kien waqqfu milli jkomli jagħmel il-mistoqsijiet.

L-Ispekaer Anġlu Frrugia qal li r-ruling se jingħata minnu għax hu s-Sedja.