Kultura Lokali

L-għaqdiet tan-nar iridu jiġu reġistrati bħala għaqdiet volontarji

Kull kamra tan-nar se tieħu massimu ta' €5,000

Il-Gvern illum ħabbar miżuri ġodda sabiex tiżdied is-sigurta’ fil-kmamar tan-nar. Għal dan il-għan twaqqaf fond illi minnu se jkunu qed jibbenefikaw l-għaqdiet.

B’kollox, kull għaqda se tkun tista’ tieħu għajnuna li tlaħħaq il-massimu ta’ €5,000.

Intqal ukoll li l-għaqdiet tan-nar iridu jiġu reġistrati bħala għaqdiet volontarji sabiex ikunu eleġibbli għal dawn il-fondi.