Quddiem is-sitwazzjoni preżenti u problematika f’Paceville u wara l-mewt ta’ persuna oħra fl-aħħar ġranet, l-Oppożizzjoni qed tinsisti mal-Gvern li jieħu azzjonijiet u miżuri immedjati biex jikkontrolla s-sitwazzjoni perikoluża f’dan il-post ewlieni ta’ divertiment f’Malta.
Dan l-appell tal-Oppożizzjoni sar mill-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia u deputati oħra tal-Oppożizzjoni wara li d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne għamel stqarrija ministerjali dwar il-mewt taż-żagħżugħ Zak Meli.
Id-deputat Prim Ministru Chris Fearne espriema solidarjetà u l-kondoljanzi lill-familja ta’ Zak Meli ta’ 24 sena li miet f’Paceville fil-11 ta’ Marzu 2018. Hu appella għall-prudenza minħabba li kif żviluppa l-każ fl-istorja hemm diversi punti suġġetti għalll-inkjesta maġisterjali. Il-Ministru Fearne qal li f’inqas minn 24 siegħa l-pulizija ġabret evidenza u għamlet l-investigazzjonijiet dwar x’ġara.
Il-pulizija arrestat Bulgaru iżda s’issa l-awtopsja mhix tistabilixxi l-kawża tal-mewt. Għalhekk il-gvern se jistenna r-rapport aħħari tal-inkjesta. Il-Gvern qed ikun kontabbli b’din l-istqarrija, sostna l-Viċi-Prim Ministru, li qal li dan hu l-ħin tar-responsabbiltà.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li l-Opożizzjoni mhux se tispekula jew tieħu gwadan politiku minn każ traġiku. Hu qal li l-Oppożizzjoni tesprimi solidarjetà mal-familja ta’ Zak Meli u ttiha appoġġ totali. Hemm diversi ċirkostanzi fil-pajjiż li qed jagħtu lok għal tħassib serju fejn is-sigurtà u l-kriminalità huma ta’ inkwiet kbir. Paceville hu żona fejn iż-żgħażagħ m’humiex f’post sigur.
Adiran Delia kompla li l-kriminalità qed tiżdied fejn il-ġenituri qed jibżgħu jħallu lit-tfal joħorġu minn djarhom fil-Marsa u f’Pacveille. Hu kompla li l-gvern irid jikkommetti r-riżorsi kollha tiegħu biex il-kriminalità tkun kontrollata. Ma nistgħux nibqgħu fost l-ifqar fl-Ewropa l-investiment fil-pulizija. Il-gvern irid jagħmel iktar u jinvesti iktar fil-pulizija, fil-cameras, fis-sigurtà, fil-patrols, fit-taħriġ u fl-għodda
Il-Kap tal-Oppożizjzoni kompla li din mhix dilemma partiġġjana.
Id-deputat Nazzjonalista Beppe Fenech Adami qal li se jitkellem bħala ġenitur u appella lill-gvern biex jiftaħ għajnejh li f’Paceville hemm sitwwazzjoni ħażina ħafna bħal ta’ sentejn ilu meta l-Oppżizzjoni għamlet 20 proposta għal titjib f’Pacveille. Din għandha tkun gwida għall-gvern.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li Paceville hu l-post fejn ulied il-poplu se jerġgħu jkunu fi tmiem il-ġimgħa. Il-ġenituri m’għandhomx moħħhom mistrieħ li t-tfal imorru Paceveille u ma jkunx stuprati, jew jaqilgħu daqqiet ta’ sikkina. Il-liġi kkollassat totalment b’toroq magħluqin, imwejjed f’nofs it-triq u tfal taħt l-età fis-sakra. It-tfal taħt l-età qed jidħlu fil-postijiet fejn mhux suppost; qisu xejn mhu xejn.
Id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar semma l-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan u staqsa jekk il-pulizija hux jitaqgħu mal-Kunsill Lokali ta’ San Ġiljan kif titlob il-liġi. Hu qal li l-pulizija tat-turisti spiċċaw bil-gvern jixxaħħaħ dwar is-sigurtà fosthom fix-xiri ta’ karrozzi adegwati tal-pulizija
Id-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li ż-żgħażagħ li jmorru Pacveille ikunu esposti għal inċidenti u ġlied li jista’ jinqala inkluż alkaħol u vizzji oħra. Hu staqsa kemm hemm pulizija f’Paceville f’kull ħin biex jieħdu ħsieb il-post, b’kekk żdied dan in-numru fl-aħħar ħin u jekk dawn il-pulizija li jkunu esposti wkoll għall-periklu jingħatawx tħariġ biex jagħmlu r-ronda f’Paceville.
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal dan kien tmiem il-ġimgħa traġiku wara li tilfet ħajjitha t-tfajla żagħżugħa f’inċident tat-traffiku. Hu staqsa f’hix wasal il-proġett li f’Diċembru 2017 l-gvern ħabbar li beda ta’ CCTV fuq Pavceille koll. Claudio Grech sostna li fl-aħħar ġimgħat u xhur kien hawn żieda sostanzjali ta’ każi infuwenzati mid-droga sintetika. Din hi problema li qed timpatta lill-Isptar Monte Carmeli. Hu staqsa jekk il-gvern hux se jieħu miżuri iktar qawwwija.
Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone staqsa jekk il-gvern jipprovdix servizz ta’ l-ewwel għajnuna f’Paceville u kemm hu n-numru ta’ paramediċi fuq il-post.
Id-deputat Nazzjonalista Mario de Marco qal li l-problemi f’Pacveille qed jkrbu mhux jonqsu li llum sar żona ta’24 siegħa fil-ġimgħa. Hu staqsa jekk il-gvern iħossx li wasal iż-żmien li jittieħdu miżuri konkret għal Paceville bi pjan konkret. Pacveille m’għandux ikun ikkunsidrat bħala estenzjoni ta’ San Ġiljan.
Id-deputat tal-PD Godfrey Farrugia semma l-problemi li jiffaċċajaw ir-residenti ta’ Pacveille u staqsa x’qed jagħmel il-gvern biex jissalvagwardja l-interessi tagħhom.
Id-deputat tal-PD Marlene Farrugia qalet li l-Gvern għandu jassigura li ż-żamma tal-ordni hi f’idejn il-Gvern u mhux f’idejn is-sidieen tan-negozji li joperaw mill-post.
Id-deputat Prrim Ministru Chris Fearne wieġeb li l-kriminlaità f’Paceville qed tonqos fejn fl-2012 kien hemm 3000 każ u s-sena li għaddiet kien hemm 1,800 każ, li xorta huma ħafna. Hu qal li fl-aħħar xhur il-gvern għadda avviżi legali fejn numru ta’ sustanzi sintentiċi kienu fuq is-suq. F’Paceville hemm stazzjonjiet tal-ewwel għajnuna, sostna Chris Fearne.
Il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia qal li fl-aħħar erba’ snin il-kriminalità baqgħet l-istess iżda għlal-ammont ta’ persuni li hawn fil-pajjiż din anqset. Dwar Paceville hu qal li fl-2012 kien hemm 3051 att kirminlai f’Pacevielle u San Ġiljan li niżlu għal 1810 każ s-sena li għaddiet F’San Ġiljan bejn l-2012 u l-2017 naqsu l-atti kriminali serji waqt li fl-2016 u l-2017 naqset il-kriminalità kollha f’Pacveille u Sna Ġiljan b’madwar 550 każ ħlief droga u traffikar ta’ persuni.
Dwar preżenza ta’ pulizija, il-Ministur tal-Intern qal li fl-2012 l-pulizija kienu dettalji fi tmiem il-ġimgħa b’numru ta’ pulizija disponibbli minn 12 sa 15-il pulizija. Min-Novembru 2015 żdiedu l-patrols f’Pacveille sal-Ħamis waqt li fi tmiem il-ġimgħa żdied għal 20 pulizua. Minn Ġunju 2017 sa wara l-Milied bejn it-Tnejn u l-Ħamis kien ikun 20 pulizija waqt li fi tmiem il-ġimgħa għal 30 pulizija. Minn wara l-festi n-numru ta’ pulizija kien ivarja minn 12-il pulizija għal 25 pulizija. Dan l-ammont jiżdied tul is-sajf. Minbarra dawn il-pulizija, f’Paceville ikun hemm ir-ronda tal-RIU u vann b’sitt persuni mill-Ispecial Interventiton Unit.
Il-Ministru tal-Intern qal li fi tmiem il-ġimgħa jkun hemm vettura tal-Protezzjoni Ċivili b’erba’ persuni tal-Protezzjoni Ċivii. Hu sostna li qed isiru interventi mill-Pulizija fil-Marsa u qed ikun intensifikat ix-xogħol fil-Qawra u Buġibba. Dwar is-CCTV hu qal li dawn għenu lill-pulizija biex jidentifikaw x’ġara u jieħdu l-passi meħtieġa. Is-CCTV wasslu biex jisoslvew diversi każi kriminali f’Pacveille, sostna l-Ministru tal-Intern, li qal lis-sitwazzjoni llum hi aħjar milli kienet.
//= $special ?>