Lokali

FILMAT: “In-nies jiġu l-ewwel – aħna qegħdin hawn biex inservu”

Il-Gvern segwa l-appell tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex il-pensjoni tan-nies tiġi l-ewwel

Għal darb’oħra, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia jirnexxielu jikkonvinċi lill-Gvern. Il-Partit Nazzjonalista nnota b’sodisfazzjon li l-Gvern segwa l-appell tal-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia biex il-pensjoni tan-nies tiġi l-ewwel.

Aktar kmieni f’konferenza, il-Kap tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista Adrian Delia stqarr li “In-nies jiġu l-ewwel – aħna qegħdin hawn biex inservu”. Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li wara li sema’ lill-poplu, il-Partit Nazzjonalista ddeċieda li jitolbu lill-Gvern biex jissospendi l-liġi tal-pensjoni tal-Membri Parlamentari li kienu servew għal darba biss.

Fl-aħħar, il-Kap tal-Oppożizzjoni stieden li minnufih titnieda diskussjoni kif pajjiżna jista’ jaħseb f’dawk l-iktar li għandhom bżonn.

Din il-konferenza tal-aħbarijiet saret wara diskussjoni mal-grupp parlamentari Nazzjonalista, fejn il-Kap tal-Oppożizzjoni kien akkumpanjat mill-Whip tal-Partit Nazzjonalista Robert Cutajar u mill-Kelliem ta’ l-Oppożizzjoni dwar il-Benesseri tal-Familja, Solidarjetà Soċjali, Pensjonijiet u Drittijiet tat-Tfal u tat-Tarbija fil-Ġuf Claudio Grech.