Manchester City kisbu rebħa ta’ 2-0 barra minn darhom kontra Stoke biex komplew joqorbu lejn ir-rebħ tal-Premiership.
B’din ir-rebħa Man City reġgħu jinsabu 16-il punt fuq l-eqreb rivali tagħhom Manchester Utd. L-eroj tas-serata, fin-nuqqas tal-attakkant Sergio Aguero li kien imweġġa’, kien l-Ispanjol David Silva li skurja doppjetta.
It-tim ta’ Pep Guardiola mar fil-vantaġġ wara 10 minuti meta Gabriel Jesus qassam lejn Raheem Sterling li minn naħa tiegħu sab lil David SILVA li skurja b’xutt fir-rokna tax-xibka.
Ir-reazzjoni ta’ Stoke ma waslet qatt u fil-50 minuta City rduppjaw b’gowl maħdum b’mod ferm sabiħ. Reġa’ kien David SILVA li sab ix-xibka wara li bidel il-ballun ma’ Jesus.
Southampton ikeċċu lil Pellegrino
Illejla Southampton ħabbru li keċċew lill-kowċ Mauricio Pellegrino. Dan tal-aħħar, li kien ilu jmexxi lil Southampton sa minn Ġunju li għadda rebaħ ħames partiti tal-Premiership minn total ta’ 30 u bħalissa s-Saints jinsabu punt biss fuq iz-zona tar-relegazzjoni meta fadal tmien partiti għal tmiem il-kampjonat.
Din l-aħbar waslet wara li fi tmiem il-ġimgħa Southampton tilfu 3-0 kontra Newcastle.
Nhar il-Ħadd li ġej Southampton imisshom jilagħbu fis-semifinali tal-FA Cup kontra Wigan.
//= $special ?>