Lokali

Proposta għal Parlament tal-Commonwealth

L-Oppożizzjoni qed tipproponi li jitwaqqaf parlament tal-Commonwealth li fih il-pajjiżi membri tal-Commonwealth ikunu jistgħu jiddiskutu u jiddibattu l-valuri u l-prinċipji li hemm bejniethom.

Din il-proposta saret mill-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni David Agius meta tkellem fis-seduta tal-lejla li fakkret Jum il-Commonwealth.

Fid-dibattitu tkellmu l-Ispeaker Anġlu Farrugia, il-Ministru Carmelo Abela, l-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni David Agius u d-deputat Nazzjonalista Carm Mifsud Bonnici.

Il-Viċi-Kap tal-Oppożizzjoni David Agius tkellem dwar il-valuri li jħaddnu l-pajjiżi membri fil-Commonwealth u l-kontribut li l-Commonwealth jagħti lejn id-demokrazija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem. David Agius tkellem ukoll dwar l-effetti pożittivi li jollu l-parlament tal-Commonwewalth għaliex dan ikun forum importanti li fih il-pajjiżi jiddibatti miżuri ta’ titjib tal-kwalità tal-pajjiż tal-popli tal-pajjiżi tal-Commonwealth.

Id-deputat Nazzjonalista Carmelo Mifsud Bonnci qal li Malta baqgħet tirrikonoxxi l-Commonwealth anki wara s-sħubija fl-UE. Hu qal li l-valuri tal-Commowealth jagħtu opportunità iktar milli fil-fatt qed iwettaq il-Commonwealth. Malta għandha tiddiskuti x’għandha tkun il-viżjoni tal-Commonwealth.

Id-deputat Nazzjonalista appella biex il-pajjiż jattwa l-liġijiet li hemm fil-pajjiżi tal-Commonwealth u tkellem dwar il-kontribut li tat Malta fiċ-CHOGM u fil-Commonwealth. Hu tkellem ukoll dwar it-tessut legali tal-pajjiżi tal-Commonwealth fil-kuntest tad-demokrazija u d-drittijiet fundamentali tal-bniedem.

L-Ispeaker tkellem dwar l-importanza ta’ governanza tajba u sostna li l-Commonwealth joffri serħan tal-moħħ għax jibni fuq prinċipji fundamentali. Hu qal li Malta dejjem ħalliet marka importanti fil-Commonwealth u spjega li fost l-isfidi li hemm fil-Commonwealth hemm dawk ambjentali indikati fil-pjan strateġiku.

L-Ispeaker qara wkoll messaġġ tar-Reġina Eliżabetta II dwar il-ħidma tal-Commonwealth.