Lokali

Raġel arrestat wara li nqabad jimporta pakkett marijuana bil-posta

Raġel minn San Pawl il-Baħar kien arrestat u qed ikun investigat mill-Pulizija ta’ Kontra d-Droga wara li nqabad jimporta pakkett bil-marijuana bil-post mill-Messiku.

Il-Pakkett wasal Malta bl-ajru l-ġimgħa li għaddiet u l-pakkett kien dikjarat lid-Dwana li fih kellu biss karti u dokumenti, madanakollu bejn id-dokumenti kien hemm moħbi pakkett ieħor li fih kien hemm il-ħaxixa.

L-uffiċjali għaddew il-pakkett lill-Pulizija li minn hemm ‘l quddiem bdew l-investigazzjonijiet u dawn waslu għall-arrest tar-raġel minn San Pawl il-Baħar.