It-tennista Russa Maria Sharapova mhux se tibqa’ taħdem mal-kowċ Sven Groeneveld.
Dan tal-aħħar kien ilu erba’ snin kowċ tagħha u fl-ewwel sena li dawn bdew jaħdmu flimkien, jiġifieri fl-2014, Sharapova kienet rebħet l-Open ta’ Franza.
Sven Groeneveld u Sharapova baqgħu jaħdmu flimkien anke waqt li hi kienet sospiża minħabba każ ta’ doping fl-2016. Sharapova damet sospiża sena u tliet xhur.
Sa minn meta hi rritornat fl-azzjoni din is-sena Sharapova rebħet biss ħames partiti u matul il-ġimgħa li għaddiet sfat eliminata mill-ewwel rawnd tal-Indian Wells.
Groeneveld, li hu Olandiż, fil-passat ħadem ma’ tennisti bħal ma huma Monica Seles, Arantxa Sanchez Vicario, Ana Ivanovic, Caroline Wozniacki u Greg Rusedski.
//= $special ?>