Il-funeral taż-żagħżugħa Christa Formosa se jsir nhar il-Ħamis li ġej fil-Mellieħa.
Qraba u ħbieb ta’ Christa qed jappellaw lin-nies sabiex ma jilbsux iswed fil-funeral li se jsir fil-Knisja Parrokjali fit-3:30pm.
Christa, li kellha 23 sena, mietet f’inċident tat-traffiku fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet.
Tmien xhur ilu, Christa kienet ħadet sehem f’Miss Universe Malta, fejn f’filmat ta’ żewġ minuti tkellmet dwar il-passjoni tagħha taż-żfin u anke d-doqq il-pjanu. Madanakollu, f’messaġġ personali minnha qalet li kieku kellha tirbaħ il-kompetizzjoni kienet tgħin lil tfajliet oħra li ma tantx ikunu jemmnu fihom infushom, filwaqt li saħqet li s-sbuħija hi fuq ġewwa.
//= $special ?>