Ewropa Lokali Unjoni Ewropea

Il-Parlament Ewropew se jirrikonoxxi lil DCG b’opra ta’ arti fi Strasburgu

Wara li f’Novembru li għadda l-Parlament Ewropew kien semma s-sala tal-konferenzi tal-aħbarijiet ta’ Strasburgu għal Daphne Caruana Galizia, issa, l-istess Parlament Ewropew ħa d-deċiżjoni li jirrikonoxxi l-ħidma ġurnalistika tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia billi jagħmel opra tal-arti fl-istess sala.

Dan qed isir bħala pass importanti biex il-Parlament Ewropew – li jirrapreżenta ċ-ċittadini kollha Ewropej – jirrikonoxxi l-ħidma ġurnalistika li kienet twettaq Daphne Caruana Galizia qabel inqatlek brutalment fis-16 ta’ Ottubru li għadda.

Is-sala ‘Daphne Caruana Galizia’ kienet inawgurata f’Novembru li għadda mill-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani.

Din hi s-sala li aktar tard illum se tkun inawgurata f’isem Daphne Caruana Galizia