Lokali

Imut Ġużi tal-ħanut; kellu l-aħħar ħanut tal-merċa f’San Ġiljan

Ritratt: The People of Malta
Aktar minn 45 sena bil-ħanut tal-merċa

Kmieni dalgħodu l-komunita’ Ġiljaniża, b’mod partikolari dawk taz-zona tal-Qaliet, bkew it-telfa ta’ Ġużeppi Caruana – magħruf bħala Ġużi tal-ħanut.

Ġużi kien ilu snin bil-ħanut tal-merċa u kien maħbub minn kulħadd.

Riċentament, Ġużi kien tkellem mal-grupp fuq Facebook The People of Malta dwar il-ħanut tiegħu:

“Ilni 46 sena hawn. Rajt San Ġiljan jinbidel ta’ taħt fuq. Illum tara iktar turisti milli Ġiljaniżi.
Hawn sar biċċa minn ħajti. Għad għandi klijenti li għalkemm telqu minn San Ġiljan, xorta baqgħu jiġu jixtru minn hawn.” – Ġużeppi.

L-aħħar ħanut tal-merċa li fadal il-barra miċ-ċentru ta’ San Ġiljan jinsab f’Ta’ Ġiorni.