Lokali

Jeħtieġ appoġġ u protezzjoni għall-ġurnalisti

– Therese Comodini Cachia, PN

Id-deputat Nazzjonalista Therese Comodini Cachia appellat għall-protezzjoni lill-ġurnalisti u biex dawn jingħataw l-appoġġ fil-ħidma tagħhom.

Fl-Aġġornament Therese Comodini Cachia tkellmet dwar il-protezzjoni lill-ġurnalisti u qalet li l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia juri nuqqasijiet serji li l-pajjiż kien missu ilu li ra u indirizza. Dan il-qtil għandu jwassl biex ikun hemm analiżi dwar fejn fallew l-istituzzjonijiet pubbliċi. Il-Gvern għadu ma ndirizzzax din is-sitwazzjoni minkejja li ffirma rakkomandazzjoni dwar is-sigurtà tal-ġurnalisti u dwar il-pluraliżmu fix-xandir. Minkejja l-abbozz dwar il-media u l-libelli, m’hemmx protezzjoni diretta lill-ġurnalisti iżda hemm biss protezzjoni indiretta.

Hi sellmet lill-ġurnalisti Maltin li tkellmu kontra l-abbozz ta’ liġi li kien se jressaq il-gvern; liema abbozz kellu diversi nuqqasijiet dwar id-drittijiet tal-ġurnalisti. L-Oppożizzjoni temmen f’ambjent san biex il-ġurnalisti junu jistgħu jaqdu dmihrom.

Il-ġurnalisti huma obbligati li jfittxu l-informazzjoni minkejja li jkun ffaċċjati bid-diffikultjiet; anki jekk mhux il-pubbliku kollu jridu jisma’. Il-ġurnalist hu wkoll persuna li għandu l-opinjonijiet tiegħu u għandu dritt jesremihom.

Din il-profossjoni tmur oltre minn hekk għax il-ġuranlist għandu jara x’inhu ta’ interess pubbliku u jinforma lill-pubbliku. Il-ġurnalist għandu l-obbligu li jagħmel dan iżda fil-pajjiż m’hawnx il-protezzjoni meħtieġa lill-ġurnalisti biex iwettqu dmirhom. Dan juri li l-pajjiż lest jibqa’ fid-dlam.

Id-deputat Nazzjonalista qalet li l-ġurnalisti ma jistgħux jibqgħu ffaċjati minn libelli jew kliem ta’ theddid sempliċiment għax ikunu ppubblikaw storja. Hi tkellet mdwar il-protezzjoni tal-whistle blowers u sostniet li l-gvern qed jagħżel li jagħti l-protezzjoni lill-whistle blower li jrid hu. Dan hu nuqqas u l-ebda ġurnalist m’għandu jitħallas li jiġi wżat.

L-Istitut tal-Ġurnalisti għamel diversi talbiet biex il-ġurnalisti jkunu protetti u biex ikun żviluppat ambjent li jkun pożittiv għall-ġurnalisti. L-awtoritajiet għandhom jippromwovu l-libertà tal-istampa u jieqfu jittolleraw l-attakki fuq il-media.

Kważi nofs it-talbiet li l-ġurnalisti jagħmlu taħt l-Att dwr l-Informazzjoni jiġħu miċħuda. Wasal iż-żmien li jkun hemm żieda fil-punizzjoni f’reati kontra l-ġurnalisti, li tiddaħħal proċedura li kull darba li l-materjal tal-ġurnalist jintuża f’investigazzjoni ma jkunx żvelat is-sors, ikun hemm l-introduzzjoni ta’ reat għal min jhedded ġurnalist, li l-gvern jaċċetta l-emendi dwar l-ISLAPP u li jivvota favurihom. Hi appellat għal isitut tal-ġurnalisti Maltin b’saħħtu u indipendenti biex jirrappreżenta lil kull ġruanlist u biex jitwaqqaf fond li minnu jiġu mgħejjuna l-ġurnalisti li kontrihom ikunu infetħu libelli. Il-fond jitħaddem skont il-kriterji stabbiliti mill-Istitut.