Jekk il-proġett tal-inċeneratur ikun implimentat f’Malta dan jista’ jżid l-ammont ta’ skart ġenerat f’pajjiżna. Hekk intqal mill-għaqda Friends of the Earth Malta fi stqarrija li fiha jitkellmu dwar il-kriżi tal-iskart, li rreferew għaliha bħala “dilemma nazzjonali”.
Agħar minn hekk, Friends of the Earth tfakkar illi bħalissa hawn tendenza universali mill-industrija tal-inċeneraturi, illi qed ipinġu lilhom infushom bħala impjanti “ħbieb tal-ambjent”.
L-istqarrija tgħid illi din il-kriżi tal-iskart qatt ma ttieħdet bis-serjeta’ u fi żmien ftit xhur il-Magħtab se jkollha tingħalaq għaliex ilħaqna l-massimu.
//= $special ?>