Ftit tal-ħin ilu 3 karozzi kienu vittma ta’ hit and run fi Triq Wied Għollieqa, triq popolari ħafna mal-istudenti tal-Università, fejn jipparkjaw sakemm dawn jattendi l-lezzjonijiet.
Wieħed mis-sidien tal-karozzi, Andreas Vella, li hu student l-Università spjega kif x’ħin wasal fejn il-karozza sab il-karozzi maħbutin flimkien u waħda mill-karozzi maħbuta ma’ dgħajsa.
Andreas Vella allega li persuni li qed jaħdmu fl-inħawi mbuttaw il-karozzi permezz ta’ gaffa.
Il-Pulizija waslu fuq il-post wara aktar minn 3 siegħat li saret it-telefonata b’dan ir-rapport.
//= $special ?>