Id-Dipartiment tal-Emerġenza fl-Isptar Mater Dei ilu diversi ġranet jiffaċja sitwazzjoni bla preċedent. Dan hekk kif l-istaff mhux ilaħħaq mal-pressjoni kbira li qed ikollhom jum wara l-ieħor.
Infermiera li kitbet fuq Facebook ilbieraħ bil-lejl spjegat li l-Emerġenza “qed tegħreq”, u ilha diversi ġranet sejra hekk.
“Bil-lejl qed naraw mal-100 pazjent. L-istaff litteralment meħlub, u f’dawn iċ-ċirkustanzi l-iżballji huma inevitabbli”.
Fl-istess messaġġ jintqal illi teżisti biża’ reali li l-pazjenti se jibdew jitilfu ħajjithom waqt li jkunu qed jistennew fl-Emerġenza.
//= $special ?>