Inizjattiva li bdiet minn imprenditur Russu għal ħabiba tiegħu inbidlet fi proġett li qed jirrikorru għalih diversi ommijiet.
Ivan Gridin, Fundatur tal-kumpanija Russa Embryo 3D, qed joħloq mudelli tat-tarbija fil-ġuf. Dan sabiex in-nisa li jkunu qed jistennew tarbija, ikunu jistgħu jkollhom “l-esperjenza” iżommu t-tarbija li tkun ġejja fid-dinja.
Gridin jemmen li din tgħin anke lill-omm innifisha biex tara eżatt it-tarbija tagħha, ferm aħjar mir-ritratti tal-ultrasound.
//= $special ?>