Internazzjonali Kurżitajiet

Kumpanija Russa qed toffri mudelli 3D tat-tarbija fil-ġuf

Inizjattiva għall-ommijiet li jkunu tqal "biex iżommu t-tarbija" sa minn qabel it-twelid

Inizjattiva li bdiet minn imprenditur Russu għal ħabiba tiegħu inbidlet fi proġett li qed jirrikorru għalih diversi ommijiet.

Ivan Gridin, Fundatur tal-kumpanija Russa Embryo 3D, qed joħloq mudelli tat-tarbija fil-ġuf. Dan sabiex in-nisa li jkunu qed jistennew tarbija, ikunu jistgħu jkollhom “l-esperjenza” iżommu t-tarbija li tkun ġejja fid-dinja.

Gridin jemmen li din tgħin anke lill-omm innifisha biex tara eżatt it-tarbija tagħha, ferm aħjar mir-ritratti tal-ultrasound.