Tifel Ġermaniż ta’ 3 snin ittieħed l-isptar wara li ntlaqat minn karozza.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11.45am fi Triq San Luqa, kantuniera ma’ Triq Bordin, Gwardamanġa.
Il-kundizzjoni tat-tifel għadha mhux magħrufa.
Fl-istess post eżatt ilbieraħ seħħ inċident ieħor fejn mutur intlaqat minn karozza u s-sewwieq tal-mutur weġġa’ gravi.
//= $special ?>