Lokali

Anzjana misruqa qrib il-Kolleġjata ta’ Bormla

L-anzjana kellha ritratti u kuruna ta' valur sentimentali ħafna

In-neputija ta’ nanna ta’ 82 sena minn Bormla għamlet appell fuq Facebook għal min jista’ jkollu xi tip ta’ informazzjoni dwar portmoni li insteraq lill-anzjana. Il-każ seħħ biswit il-Knisja ta’ Bormla kmieni dalgħodu.

“Kienu żewġ irġiel żgħażagħ li serqu l-portmoni minn idejn in-nanna”, kitbet in-neputija tagħha.

Meta nsterqet, l-anzjana kienet għadha kif ħarġet mill-bieb tad-dar tagħha.

Fil-portmoni hi kellha kuruna tar-rużarju sentimentali ħafna u żewġ ritratti ta’ żewġha u t-tifel tagħha li llum mejtin. Għalhekk, sar dan l-appell biex jekk forsi dawn l-oġġetti intremew, min isibhom jirritornhom.