Wara li l-eks Deputat Mexxej Laburista George Vella pubblikament stqarr li għaddejja kampanja biex b’mod sottili jidħol l-abort f’Malta, Net Live mar jistaqsi lid-deputati Laburisti dwar għalfejn ivvutaw kontra l-protezzjoni tat-tarbija fil-ġuf fil-liġi tal-vjolenza domestika.
Fir-risposti tagħhom, uħud mid-deputati laburisti qalu li l-kwistjoni tat-tarbija fil-ġuf għandha tkun diskussa fil-Parlament. Kien hemm min mar oltre minn hekk, u qal li l-Gvern hu magħruf għal-libertajiet ċivili.
Interessanti t-tweġiba li ta d-deputat Chris Agius, fejn stqarr “jien favur il-ħajja all the way” – referenza ċara għal dak li jaħseb hu personali.
L-Oppożizzjoni Nazzjonalista trid li l-protezzjoni li diġa’ teżisti f’din il-liġi tibqa’, iżda Joseph Muscat irid ineħħieha. Ħadd minn dawk intervistati ma kien jaf għalfejn Joseph Muscat irid ineħħi din il-protezzjoni għat-tarbija fi-ġuf akkost ta’ kollox.
//= $special ?>