Lokali

“F’ċertu ħinijiet tibża’ timxi waħdek f’Paceville”

Moira Delia titkellem ma' NET LIVE dwar is-sigurta' fil-mekka tad-divertiment

“Fis-sigħat bikrija ta’ filgħodu, Paceville sar tal-biża’. Fin-naħat ta’ barra ma ssibx preżenza ta’ Pulizija.”

Hekk ikkummentat ma’ Net Live il-preżentatriċi televiżiva Moira Delia li hi ukoll residenta f’Paceville, wara l-aħbarijiet xejn sbieħ li kellna fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet bil-mewt ta’ żagħżugħ f’din il-mekka tad-divertiment.

Moira Delia irrimarkat ukoll fuq il-fatt li fil-bajja ta’ San Ġorġ regolarment ikun hemm nies mixħutin fuq ir-ramel, li ma tkunx taf jekk hux reqdin jew mitlufin minn sensijhom.