Il-kowċ nazzjonali ta’ taħt il-21 sena Silvio Vella sejjaħ skwadra ta’ 20 plejer għall-partita ta’ ħbiberija kontra t-tim nazzjonali ta’ taħt l-20 sena tal-Iżvizzera, kif ukoll il-logħba barra minn pajjiżna kontra t-Turkija minn Grupp 6 ta’ taħt il-21 sena.
Il-partita kontra l-Iżvizzera se tintlagħab il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu fl-Istadium taċ-Ċentinarju fis-1.00pm filwaqt li l-logħba kontra t-Turkija tintlagħab erbat ijiem wara.
Silvio Vella sejjaħ għall-ewwel darba lill-gowlkiper ta’ Mosta Andreas Vella. Fost il-plejers li ssejħu għall-ewwel darba hemm id-difensur ta’ Sliema Kurt Shaw, il-midfielder ta’ Pietà Dylan Agius, Conor Borg li jinsab fuq il-kotba ta’ Roma u l-attakkant ta’ Andrea Borg li jilgħab ma’ Peterborough. Conor Borg li għandu 20 sena qed jitħarreġ regolarment ma’ Roma filwaqt li Andrea Borg għandu 18-il sena.
Id-difensur ta’ Valletta Jean Borg ġie mgħajjat mat-tim nazzjonali tal-kbar għall-partita ta’ ħbiberija kontra l-Lussemburgu li se tintlagħab il-Ħamis 22 ta’ Marzu, iżda se jingħaqad mal-iskwadra ta’ Silvio Vella kontra t-Turkija.
Iż-żgħażagħ Maltin għadhom qed ifittxu l-ewwel punt fil-grupp li jinkludi lill-Belġju, lill-Ungerija, l-Iżvezja u Ċipru. Fl-aħħar logħba t-tim nazzjonali tilef 1-0 kontra t-Turkija, logħba li ntlagħbet lura fl-10 ta’ Novembru fl-Istadium taċ-Ċentinarju.
L-iskwadra magħżula hi:
Gowlkipers: Jake Galea (Ħamrun Spartans, Andreas Vella (Mosta)
Difensuri: Jean Borg (Valletta), Kurt Shaw (Sliema Wanderers), Karl Micallef (Ħamrun Spartans), Dunstan Vella (Hibernians), Kurt Zammit (Birkirkara), Neil Tabone (Żejun Corinthians), Michele Sansone (Sliema Wanderers)
Midfielders: Conor Borg (Roma), Dexter Xuereb (Mosta), Nikolai Muscat (Gżira United), Jake Grech (Birkirkara), Dylan Agius (Pietà Hotspurs), Zachary Scerri (Gżira United), Juan Corbolan (Gżira United)
Attakkanti: Jurgen Degabriele (Hibernians), Joseph Mbong (Hibernians), Kyrian Nwoko (Valletta), Andrea Borg (Peterborough)
//= $special ?>