Lokali Parlament

Il-proċess elettorali jrid ikun nadif u jidher li hu nadif

– Hermann Schiavone, PN

Id-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone qal li l-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom jiftehmu fuq kull emenda fil-liġi dwar l-elezzjonijiet ġenerali u għalhekk il-pożizzjoni li qed tiegħu Identity Malta hi waħda inwketanti minħabba ċ-ċittadinanza li qed tingħata lil diversi barranin.

Fil-parlament Hermann Schiavone qal li dan l-abbozz dwar l-elezzjonijiet għandu l-qbil tal-Gvern u l-Oppożizzjoni u se jirregola l-mod kif isiru l-elezzjonijiet waqt li l-elezzjonijiet tal-kunsilli se jinġiebu f’linja ma’ dawk ġenerali biex ma jkunx hemm skadenzi fi ġranet differenti. Dan l-abbozz qed jintroduċi wkoll l-għadd elettroniku tal-voti. Hu stqsa jekk l-għadd elettroniku hux se jiddaħħal biex jitħaffef l-għadd.

Hermann Schiavone tkellem dwar proċeduri li jħaffu l-proċess b’madwar 12-il siegħa u setgħet saret diskussjoni dwar proċessi fl-iskejjel biex is-sorting jibda mill-ewwel fis-sala tal-għadd tal-voti. Id-deputat Nazzjonalista kompla li tista’ tkun introdotta sistema iktar ġusta mal-kandidat permezz ta’ sistema fejn is-surplus tal-voti jsir b’mod iktar ġust bil-mod kif il-voti jkunu trasferiti.

Jeħtieġ li d-diskussjoni tiffoka fuq dak li jeħtieġ il-pajjiż biex il-proess jidher li hu nadif. Bħalissa hawn il-kwistjoni tal-karita tal-identità li fiha ID Malta qed tirrifjuta li tagħti informazzjoni lill-kummissjoni elettorali bil-konsegwenza li l-partiti mhux ikollhom l-informazzjoni meħtieġa. Importanti li l-proċess ikun nadif, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li kull emenda dejjem kienet maqbula bejn iż-żewġ naħat tal-Kamra.

Hermann Schiavone qal li l-Prim Ministru jidher li se jintroduċi l-kwoti u sostna li l-aprlament għandu jindirizza diversi kwistjonijiet fosthom il-klijentaliżmu fl-elezzjonijiet. Il-problema tas-sistema Maltija hi li l-kandidati mill-istess partit jitpoġġew f’kontestazjzoni ma’ xulxin bil-konsegwenza li n-nies jiġġudikaw fuq min jaqdi l-aħjar lin-nies; dan jista’ jwassal għall-klijentaliżmu għalkemm m’hemm xejn ħażin li l-kandidati u d-deputati jibqgħu viċin in-nies.