Ewropa Lokali Parlament

Ir-rapport li ta ċamata lill-Gvern ta’ Muscat għandu jkun diskuss fil-Parlament Malti

Dalgħodu l-Oppozizzjoni Nazzjonalista ressqet mozzjoni biex ikunu diskussi r-rakkomandazzjonijiet li għamel il-Parlament Ewropew dwar Malta, f’rapport illi kien tfassal mill-MEP Soċjalista Ana Gomes.

Il-mozzjoni kienet preżentata lill-ispeaker Anglu farrugia mill-Viċi Kap David Agius, il-whip Robert Cutajar u d-deputat Jason Azzopardi.

Ir-rapport tal-Kumitat Ewropew kien fih 13-il rakkomandazzjoni fuq abbużi ta’ regoli ta’ ħasil ta’ flus, u fuq il-bank Pilatus, fost temi oħra.