– Clyde Puli, PN
Id-deputat Nazzjonalista Clyde Puli sostna li kull riforma elettorali għandha tkun ibbażata fuq it-trasparenza.
Fil-parlament Clyde Puli sellem il-memorja tal-ex President ta’ Malta Ċensu Tabone f’għeluq is-sitt snin mill-mewt tiegħu u rrikonoxxa l-ħidma politika kbira lill-pajjiż fid-diversi karigi li hu okkupa.
Id-deputat Nazzjonalista kkritika lid-deputat Laburista Glenn Bedingfield, qallu li kien għamel vavata bl-aħħar diskors tiegħu.
Clyde Puli rrikonoxxa l-kontribut li ta d-deputat Nazzjonalista Hermann Schiavone dwar il-liġi elettorali u sostna li l-proposti ta’ Hermann Schiavone, li għamel stujdu dwar is-suġġġett u llum hu espert, għandhom ikunu ikunu kkunsidrati b’mod pożittiv.
Clyde Puli semma l-ħidma tal-kunsilliera u s-sindki u qal li hu pożittiv li l-gvern jagħti l-opportunità u l-ħin lil min irid jagħti kontribut fis-soċjetà inkluż l-atleti. Hu nsista li l-mistoqsijiet parlamentari jkunu mwieġba f’ġieħ it-trasparenza.
Clyde Puli qal li l-emendi huma frott ta’ ħafna ħidma u kien hemm qbil dwarhom fejn l-għadd elettroniku hu aspett innovattiv. Hu qal li Malta hi demokrazija liberali u insista fuq it-trasparenza fil-lista ta’ min għandu dritt għall-vot. Dan hu element bażiku fejn 10,000 persuna barranija qed jibqgħu fil-pajjiż u hawn il-persuni li jixtru ċ-ċiddadinanza. Għalhekk it-trasparenza hi importanti u hi tal-mistħija li ID Malta, li hi dipartiment tal-Gvern, qed taġixxi b’dan il-mod xejn trasparenti.
Clyde Puli qal li l-liġi qed tinkiser 18-il darba għal 18-il xahar konsekuttiv u sostna li bla dubju hemm sens ta’ kompliċità. Il-Gvern qed jgħid li se jneħħi l-cappping minn fuq il-bejgħ tal-passaporti fejn in-nies ġodda ħadd ma jaf min huma u b’kemm qed u se jiżdiedu.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar il-protest ġudizzjarju tal-PN kontra ID Malta u kontra l-Kummissjoni Elettorali biex din taqdi dmirha u jekk fil-ġranet li ġejjin il-gvern jibqa’ jwebbbs rasu u d-dipartiment jibqa’ ma jagħtix l-informazzjoni, il-PN ikollu jiftaħ kawża u jmur il-qorti.
Ir-riformi li qed iwettaq il-gvern huma imtebba’ għaliex ir-riformi għandu jkollhom l-intenzjoni li jżidu l-aċċessibbiltà għall-eletturi. Hu qal li hu ta’ sodisfazzjon li għad hawn ħafna nies li jipparteċipaw fid-demokrazija tal-pajjiż. L-aċċessibbiltà tal-vot għandha titwessa’ kemm tista’ iżda l-proċess elettorali għandu jkun salvagwardjat bi trasparenza.
Id-deputat Nazzjonalista kompla li r-regoli jridu jkunu l-istess għal kulħadd u magħrufa għal kulħadd. Dan hu każ li jikkonċerna dipartiment tal-gvern u għalhekk is-sitwazzjoni dwar dan in-nuqqas hi waħda gravi.
Hu qal li ma jiswa xejn li jsiru l-emendi meta l-gvern hu impotenti quddiem Aġent Segretarju Eżekuttiv ta’ San Pawl il-Baħar li ddeċidiet li ma ssegwix il-liġi iżda tinjora lill-istess ministru u kap tad-dipartiment tagħha.
L-Aġent Segretarju Eżekuttiv fil-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar kellha direttiva mill-Ministru Owen Bonnici biex issegwi l-liġi, hi sfidatu f’wiċċu. Fil-kilba biex jiksbu l-maġġoranza, il-kunsilliera Laburisti għamlu kjass sħiħ u qed ibatu r-residenti. Fl-2014 il-PN kiseb maġġoranza ta’ voti fil-lokal iżda hemm min qed jilgħab mal-liġi biex jitwal il-proċess u jbatu r-residenti.
Clyde Puli qal li dawn l-emendi elettorali ma jiswew xejn meta l-gvern iċaħħad drittijiet u jrid isikkett lill-ġurnalisti. Hu kompla li jrid ikun hemm serħan tal-moħħ u tarsapenza biex isiru l-emendi. Mhux aċċettabbli li l-vot isir bl-ID Card biss meta din tinħareġ biss minn ID Malta, sostna Clyde Puli, li kompla li bħalissa mhux isir titjib f’dan ir-rigward.
Il-PN ma jistax japprova li jkomplu fuq riformi li jiffaċilitaw il-proċess jekk mhux se jkun hemm trasparenza. Dan għaliex il-gvern mhux jagħti garanziji fuq l-aktar affarijiet bażiċi. Il-PN lest jibqa’ jitkellem, sostna Clyde Puli, li appella biex kulħadd jifhem li l-liġi elettorali tfisser it-tisħiħ tad-demokrazija bit-traspaenza neċessarja.
//= $special ?>