Waqt dibattitu dwar il-Liġi li temenda l-Att dwar l-elezzjonijiet ġenerali, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia sostna li l-Kummisjoni Elettorali ilha għal dawn l-aħħar 18-il xahar ma’ tgħaddi l-listi kompleti ta’ persuni li jista’ jkollhom dritt għall-vot, għaliex l-entità tal-Gvern Identity Malta qegħda bi ksur tal-liġi taħbi ċertu ismijiet mill-istess Kummisjoni u mill-Partit Nazzjonalista. Dan in-nuqqas serju mill-Gvern huwa abbuż sfaċċat tal-liġi, jagħti lok għal abbużi fil-proċess elettorali u periklu għad-demokrazija.
“Jekk Identity Malta tibqa’ ma toħroġx il-lista ċara tal-votanti bid-dettalji ta’ min żdied fir-Reġistru Elettorali, se nkunu qed nieħdu passi ulterjuri”. Hekk stqarr il-Kap tal-PN f’dan id-dibattitu tal-lejla.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia enfażizza li l-PN mhux se jċċetta abbużi minn Identity Malta u lest jieħu l-passi meħtieġa biex is-sitwazzjoni tkun regolarizzata.
Fil-parlament Adrian Delia qal li l-Opożizzjoni taqbel ma’ partijiet minn din il-liġi biex l-istituzzjoni tal-parlament tkun salvagwardjata biex tkun il-leħen tan-nies u mhux biss twassal messaġġ politiku. Id-deputati għandhom jingħataw l-ikbar libertà u l-protezzjoni biex jitkellmu waqt li tingħata tweġiba għall-mistoqsijiet tad-deputati. Il-Gvern hu obbligat li jwieġeb f’demokrazija dejn l-Oppożizzjoni trid iżżomm lill-gvern kontabbli.
Adrian Delia enfażizza l-importanza li l-proċess ikun wieħed sigur fejn l-għażla tal-poplu tkun rispettata. L-Oppożizzjoni taqbel li m’hemmx għaliex issir riferenza żejda dwar il-ġeneru. L-Oppożizzjoni tixtieq li l-polza tal-vot tkun formata b’mod li jista’ jaċċetta fih ir-ritratt tal-kandidat. Dwar il-kunjonijiet u l-aspett alfabetiku, Adrian Delia qal li hemm sistemi li permezz tagħha l-ismijiet isiru biex ikun hemm numru ta’ listi l jibdew b’mod differenti biex titneħħa d-diskriminazzjoni.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni tratta l-ġurnata tas-silenzju qabel l-elezzjoni u qal li fid-dinja tal-media soċjali din hi sitwazzjoni fejn din il-liġi hi absolità. Il-liġi mhix ċara jekk kandidat jistax joħroġ fuq massimu fuq żewġ ditretti. Il-Gvern qed jiddibatti mal-Oppożizzjoni hux il-mument li jitneħħew id-dokumenti tal-voti u minflok tintuża l-kart tal-identità.
Il-PN m’għandux diffikultà li ma jinħolqux dokumenti ġodd aiżda l-problema hi li dan id-dokuMEnt joħroġ minn ID Malta. L-Oppożizzjoni għandha fiduċja fil-Kummissjoni Elettorali iżda m’għandiex fiduċja f’ID Malta u ma tridx li l-gvern jinqeda b’ID Malta biex jaqbeż lill-Kummissjoni Elettorali. Kieku l-PN jaqfa’ lil ID Malta, allura din kienet tkun possibbli u l-proċess kien jitħaffef u jintuża dokument wieħed.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-PN ippreżenta protest ġudizzjarju fejn talab li ID tagħti informazzjoni kull xahar iżda ilu minn Ġunju 2016 li fihom ID Malta qed tinkser il-liġi għax qed tirrifjuta l-istedina tal-Kummissjoni Elettorali.
Bħalissa l-Kummissjoni Elettorali qed titlob lill-ID tosserva l-liġi fuq talba tal-PN iżda ID Malta tibqa’ tikser il-liġi. Jekk fi żmien 10 ijiem l-informazzjoni li ID għandha obbligu ma tgħaddihiex lill-Kummissjoni Elettorali, il-PN se jieħu l-passi legali kollha biex aċċerta li fil-pajjiż il-liġi tkun osservata. Man-nies il-gvern qed jeżerċità l-liġi iżda mal-istituzzjonijiet tiegħu stess u ma’ min hu l-iktar responsbabli, il-gvern jieħu attitudni oħra.
Min jikser il-liġi għandu jġorr il-konswegenzi, sostna Adrian Delia li kompla li l-liġi għandha tkun osservata minn kulħadd mhux min-nies biss. L-Oppożizzjoni hi determinata li tagħti serħan tal-moħħ lin-nies fin-nuqqas tal-gvern, sostna Adrian Delia. Dan hu d-dipartiment li qed jisker il-liġi, taħt imnieħer il-Prim Ministru.
//= $special ?>