Kelb li kien ilu max-xahrejn jiġi nnotat iħuf magħdur fil-lokalità taż-Żejtun, inġabar mill-voluntiera tal-AAA matul il-ġurnata tal-Ħadd.
Għalkemm il-kelb kien jidher f’saħħtu mal-ewwel daqqa t’għajn malli sarulu xi testijiet tad-demm kollox kien qiegħed jagħmel sens.
Hekk kif beda jingħata mediċina għal kontra l-uġigħ qawwi li kellu, malli saritlu x-ray ħareġ fid-deher li l-kelb, li l-voluntiera semmew Johan, xi persuna jew persuni sparaw fuqu xi tiri biċ-ċomb fuqu – inkluż l-ispina.
Kull min għandu xi informazzjoni dwar min seta’ wettaq din l-attroċità huwa mħeġġeġ iwassal l-informazzjoni meħtieġa lill-awtoritajiet responsabbli.
Min jixtieq jagħti donazzjoni biex jgħin lil Johan jista’ jibgħat sms fuq;
50617350 €2.33
50618060 €4.66
50618910 €6.99
50619200 €11.66
jew ċekk indirizzat lil AAA PO Box 24 Hamrun jew donazzjoni bil-paypal
//= $special ?>