L-Eks player Internazzjonali ingliż u eks player ta’ Liverpool Jamie Carragher ingħata sospensjoni minn preżentatur ta’ Sky sal-aħħar tal-istaġun.
Carragher spiċċa fiċ-ċentru ta’ kontroversja hekk kif kien iffilmjat jobżoq mill-karozza tiegħu lejn karozza oħra li fiha kien hemm familja, partitarji ta’ Manchester United, li bdew jinkuh wara t-telfa ta’ Liverpool f’Old Trafford.
F’intervista fuq l-istazzjon Sky News Carragher ammetta li żbalja u talab skuża għal għemilu. Hu qal li ċempel ukoll lil din il-familja u talab apoloġija formali.
//= $special ?>