Sport Sport Ieħor

L-ewwel ġlieda Muay Thai f’Malta waqt Gladiators 19

Dan ix-xahar f’Malta se ssir l-ewwel ġlieda bil-Muay Thai. Din il-ġlieda se tkun fost għadd ta’ ġildiet ta’ kickboxing u K1 li se jsiru waqt Gladiators Fight Night 19.

L-atleta Malti minn Jesred Piscopo minn Team Noel se jkun qed jiġġieled l-ewwel ġlieda Muay Thai s-Sibt 24 ta’ Marzu fil-Padiljun ta’ Kordin. Fl-aħħar serata tal-Gladiators, Piscopo kien rebaħ titlu ropew PRO/AM bi ġlieda K1.

Sa issa hemm numru ta’ ġlidiet Professjonali li huma konfermati, fosthom dik taċ-Champion Ewropew tal-K1 Keith Azzopardi li s-sena l-oħra rebaħ it-titlu tal-World Kickboxing Network fi Franza.

Chris Rotin minn Team Noel u Shaun Falzon, Niclas Elfstedt u Hanrick Ejlertsson minn Malta Thai Boxing huma inklużi fi ġlidiet oħra ta’ livell għoli.

Il-biljetti jistgħu jinkisbu minn Team Noel – Ying Yang Club fil-Fgura jew Malta Thai Boxing fil-Gżira. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur il-paġna ta’ facebook ta’ Gladiators Promotions jew jagħmel kuntatt mal-organizzaturi Niclas Elfstedt (79500160) u Noel Mercieca (79208283).