Lokali Parlament

L-Ispeaker iwaqqaf milli l-PM jwieġeb jekk Keith Schembri għandux kontijiet bankarji f’Pilatus Bank u Dubaj

Simon Busuttil se jappella minn din id-deċiżjoni

L-Ispeaker Anġlu Farrugia ta ruling li fih żamm il-pożizzjoni tiegħu li l-Prim Ministru Joseph Muscat ma jweġibx jekk iċ-Chief of Staff f’Kastilja Keith Schembri għandux kontijiet bankarji f’Dubaj u f’Pilatus Bank.

Dan il-każ tqajjem wara li d-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil kien staqasa mistoqsija parlamentari jekk Keith Schembri għandux kont bankarju f’Pilatus Bank u f’Dubaj iżda kien twaqqaf mill-istess Speaker li kien sostna li dan ma kinx fl-interess pubbliku.

Simon Busuttil sostna li hu fl-interess pubbliku li jkun stabbilit jekk iċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru għandux dawn il-kontijiet. Id-deputat Nazzjonalista kien oġġezzjona għall-pożizzjoni tal-Ispeaker u sostna li Malta kienet pajjiż liberu u mhux Pyongyang. Simon Busuttil kien appella wkoll biex dan ir-ruling ma jingħatax mill-Ispeaker minħabba kunflitt.

Fir-ruling tiegħu l-Ispeaker kkwota minn diversi regoli tal-parlament u qal li s-Sedja għandha l-obbigu li tosserva r-regoli, skont kif jirriżulta mill-kostituzzjoni. Hu qal li s-Sedja ma tistax tħalli f’idejn il-ministru jekk għandux jirrispondi l-mistoqsijiet hu u ċaħad li s-Sedja mhix qd tkun demokratika. Is-Sedja għalhekk baqgħet iżżomm il-pożizjzoni tagħha li l-mistqosija tad-deputat Nazzjonalista Simon Busuttil ma tkunx imwieġba.

Simon bBsuttil informa lill-Ispeaker li se jappella minn dan ir-ruling.