Il-kunsilliera veterana f’San Pawl il-Baħar Antoinette Bezzina kitbet formalment lid-Direttur tal-Kunsilli Lokali sabiex jagħti gwida dwar x’se jiġri fuq it-tmexxija tal-Kunsill. Hi talbet ukoll li ma jkunx hemm diżordni fil-laqgħa li jmiss tal-Kunsill Lokali. U dan wara li nhar il-Ġimgħa l-kunsillieri laburisti, u dawk li jissejħu indipendenti, qabdu u ħarġu ‘l barra mil-laqgħa.
Bezzina bħalissa hi responsabbli mit-tmexxija tal-laqgħat bħala l-aktar kunsilliera anzjana, kif tistipola l-liġi.
Waqt il-programm NET LIVE, il-Kordinatur tal-Kunsilli Lokali tal-PN Charles Bonello qal illi issa r-responsabbilta’ tinsab fuq il-Ministru Owen Bonnici, li jrid ikun hu li jagħti gwida ċara fuq dak li se jiġri.
//= $special ?>