Lokali

Persuna tweġġa’ f’inċident bejn karozza u mutur fi Triq Reġjonali

Ritratt mill-arkivji

Kmieni dalgħodu għal ħabta tas-6.30am, inċident seħħ f’Santa Venera.

L-inċident bejn mutur u karozza seħħ fi Triq Reġjonali, fit-triq tal-mini ta’ Santa Venera direzzjoni lejn l-isptar Mater Dei.

S’issa għadha mhux magħrufa l-kundizzjoni tal-persuni involuti.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.