“L-istati msieħba tal-Unjoni Ewropea għandhom l-isfida li jgħelbu l-biża’ u t-terrur fost il-popli u jdakkru t-tama għall-Ewropa.” Dan qalu l-Prim Ministru Portugiż, Antonio Costa, fis-sessjoni plenarja tal-Erbgħa filgħodu li ddibatiet il-futur tal-Ewropa. Dan jintlaħaq partikolarment meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea tolqot direttament lin-nies u wara dawn jevalwaw l-effett ta’ dawn il-liġijiet fuqhom.
Il-Prim Ministru Portugiż ddefenda bil-qawwa l-proġett Ewropew u wissa mhuwiex se jħalli l-Unjoni ssir imperu bħaċ-Ċina u r-Russja. L-Ewropa tgħallmet mil-lezzjoni tat-Tieni Gwerra Dinjija għaliex kienu l-istess pajjiżi Ewropej li ġabu l-paċi fir-reġjun u qerdu għal kollox korp sofistikat fil-qalba tal-kontinent.
La fil-preżent m’hawnx kriżi ekonomika x’taffacja, l-Unjoni Ewropea trid tħares ‘il quddiem u tinfetaħ għad-dinja mingħajr ebda tindif etniku. Costa qal li l-Unjoni hija komunità ta’ valuri bbażati fuq it-tolleranza u l-inkluzjoni, tkun xi tkun ir-reliġjon u l-ġeneru, valuri fundamentali tagħha.
“Hemm bżonn li l-istituzzjonijiet Ewropej jaslu għall-ħtiġijiet taċ-ċittadini Ewropej.” Il-libertajiet tan-nies għandhom ikunu l-qofol tal-ħidma tagħhom qal il-Prim Ministru Portugiż. Costa rrimarka s-suċċess tal-programm Schengen għaliex ġabet moviment ħieles fl-Unjoni Ewropea, kisba importanti ħafna għall-Ewropej. Minn Ewropa mifruda bil-purtiera tal-ħadid, dawn l-istess nies li sa 30 sena ilu kien imbarrati issa jistgħu jimirħu. Għalhekk huwa mportanti li l-Unjoni tiddefendi dan il-Programm.
Dwar il-Katalunja il-Prim Ministru Portugiż qal li għandha tiġi rispettata l-kostituzzjoni Spanjola, l-istess kostituzzjoni li l-Unjoni għandha tirrispetta għaliex Spanja hija membru msieħeb tagħha.
B’riferenza ċara għall-voti li kienu se jittieħdu fil-Parlament fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-7 snin li ġejjin, Costa saħaq li l-Unjoni għandha tingħata l-mezzi baġitarji kollha meħtieġa biex din tkompli tiffunzjona kif suppost. Wiegħed li l-Portugal se jżomm dan l-impenn u jekk hemm bzonn, taghti iktar sakemm kull pajjiz jerfa’ din ir-responsabbiltà u jagħmel il-parti tiegħu.
Dan saħħqu ukoll il-President tal-Partit Popolari Ewropew, Manfred Webber, fejn f’intervent fl-istess dibatitu wissa li jekk ikun hemm min jabdika min din ir-responsabbiltà, l-Unjoni Ewropa jaf terġa’ taffaċċja proċess ieħor bħall-Brexit. Huwa saħaq li l-poplu Ewropew ma jridx awsterità u ġab eżempju bil-Portugal tal-ħsara li ġarrab dan il-pajjiż biha.
//= $special ?>