Lokali

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo ltaqa’ mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia

It-tim nazzjonali Malti tal-waterpolo ltaqa’ mal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia fid-Dar Ċentrali wara s-success li kiseb bil-kwalifikazzjoni għall-kampjonat Ewropew.

Fil-messaġġ tiegħu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia awgura lill-plejers, lit-tim tekniku u l-amministrazzjoni tal-assocjazzjoni tal-waterpolo – fejn tenna li jridu jmorru bil-mentalita li jinzlu fl-ilma bil-hsieb li jiksbu rizultat ghal pajjizna.

Adrian Delia stqarr li jehtieg li jsir aktar investiment fl-isport f’pajjizna biex ikollna r-rizorsi biex niksbu rizultati ahjar. Iddikjara li hu se jkompli jiggieled biex l-isport ikun nadif fejn semma’ l-ligi li bhalissa qed tigi diskussa, dik kontra l-korruzzjoni fl-isport.

Intant, il-President tal-ASA Joe Caruana Curran irringrazzja lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, filwaqt li qal li l-iskwadra u t-tim tekniku ghamlu sforz kbir biex irnexxielhom jikkwalifikaw ghal dan il-kampjonat Ewropew.

Fi tmiem iz-zjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista akkumpanjat mill-Vici Kap ghall-Affarijiet tal-Parlament David Agius, u l-Kelliem ghall-isport Ryan Callus ipprezenta tifkira tal-okkazzjoni, filwaqt li l-assocjazzjoni pprezentat il-malja tat-tim nazzjonali li biha se jikkompetu fil-kampjonat Ewropew f’Barcellona f’Lulju li gej.