Internazzjonali

FILMAT: WARA L-QTIL TAL-ĠURNALIST: Il-Prim Ministru tas-Slovakkja joffri r-riżenja

Kriżi politika li eskalat wara l-assassinju ta' Kuciak

Il-Prim Ministru Slovakk Robert Fico ħabbar illi lest li jirriżenja b’mod imminenti. Dan wara l-protesti kbar li kien hemm fi Bratislava b’reazzjoni għall-assassinju tal-ġurnalist Jan Kuciak.

Fico stqarr illi hu lest iwarrab, kemm-il darba l-koalizzjoni fil-Gvern tkompli bil-mandat tagħha.

Fi kliem qasir, il-Prim Ministru Slovakk lest iġorr hu r-responsabbilta’ politika għal dan l-assassinju.

Fico offra r-riżenja tiegħu lill-President tal-pajjiż kmieni dalgħodu. “Jekk il-President jaċċetta, jien lest inwarrab immedjatament”.